Titgħallem xi lingwa?
- X’inhu l-livell tiegħek? turik kif tista' tkun taf x'ħiliet għandek f'xi lingwa.
- Is-sezzjoni Modi kif titgħallem tgħin lil dawk li jkunu jixtiequ jibdew jitgħallmu lingwa ġdida kif għandhom jibdew jitgħallmuha, fil-waqt li lil dawk li diġa` qed jitgħallmu xi lingwa, tgħinhom jaraw kif jagħmlu biex jitgħallmuha aktar.
- Żur il-post fejn jiltaqgħu l-imsieħba u tħaddet direttament ma' studenti oħra permezz ta' l-internet.
- Is-sezzjoni Sib materjal li jgħinek titgħallem tgħinek issib riżorsi li jħeffu t-tagħlim tal-lingwi. Ir-riżorsi kollha ntgħażlu u nġabru mit-tim tal-Lingu@net World Wide.
Tgħallem xi lingwa?
Għal min għandu x'jaqsam mat-tagħlim ta' xi lingwa (ngħidu aħna dawk li jgħallmu, ifasslu l-politika, jagħmlu r-riċerki jew imexxu ċentri ta' riżorsi), il-lingu@net World Wide toffri wkoll aċċess għal għadd ta' riżorsi relevanti. Fost oħrajn insibu riżorsi dwar:
- L-Iżvilupp professjonali
- Il-metodoloġija
- Xogħlijiet ta' riċerka u referenza
- Organizzazzjonijiet u entitajiet li jagħtu servizzi f'dal-qasam
- Politika u ppjanar
Tista' tfittex ir-riżorsi billi tniżżel il-Kliem Ewlieni jew inkella billi tagħmel tiftixa intensiva li tfasslet apposta għal nies professjonali fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi.
Is-servizzi tal-Lingu@net World Wide huma b'xejn. Nistednukom biex tinqdew bis-sajt billi tindikaw riżorsi oħrajn li jistgħu jkunu inklużi u nieħdu gost jekk tagħtuna l-fehmiet tagħkom.
[ 'il fuq ]
