Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab
Werrej tal-kontenut

Testijiet fil-Lingwa u għodda biex tistħarreġ lilek innifsek

Il-ħiliet tiegħek f’kwalunkwe’ lingwa jistgħu jiġu deskritti f’termini ta’ kif tista’ tħaddem dik il-lingwa f’sitwazzjoni speċifika.

Tista' wkoll tittestja x'ħiliet għandek f'lingwa billi toqgħod għal testijiet u għodda li bihom tistħarreġ lilek innifsek, testijiet li jkunu tfasslu apposta biex jittestjaw il-ħiliet f'lingwa partikolari.

M'hemm l-ebda test validu u li tista' toqgħod fuqu li hu tajjeb għal kull okkażjoni u għal kulħadd! Jekk tittestja lilek innifsek b'xi test, żomm f'rasek li r-riżultati tat-test jitkellmu biss dwar xi ħiliet u mhux il-ħiliet kollha li għandek. Int biss fil-qiegħ ta' qalbek taf tabilħaqq x'ħiliet għandek f'lingwa partikolari.

Segwina fuq:
facebook Facebooktwitter Twitter