Blog fuq l-internet jista’ jintuża sabiex tippratika l-ħiliet tiegħek fil-qari u l-kitba waqt li tkun qed tikkomunika ma’ “bloggers” minn madwar id-dinja.
Blog hi paġna interattiva fuq l-internet fejn jiġu diskussi suġġetti billi dawk li jżuru l-paġna jagħtu l-fehmiet tagħhom direttament u tinħoloq bħal komunita` interattiva ffokata fuq suġġett li jkun jinteressa lil kulħadd. Hemm varjeta` sħiħa ta’ ġurnali interattivi, fosthom paġni personali forma ta’ djarji pubbliċi miktuba minn individwi, blogs maħluqa minn istituzzjonijiet dwar korsijiet akkademiċi u ġurnali ta’ qtajja’ ta’ nies bl-istess interessi. Hemm għamliet differenti ta’ ġurnali u fuq l-internet issib pakketti ta’ softwer li bla ma jitolbuk ħlas, juruk kif tibni l-ġurnal tiegħek.
Biex titħarreġ fil-lingwa li tkun qed titgħallem tista’:
- toħloq il-ġurnal tiegħek, li fih tniżżel minn xiex tkun għaddej jum b’jum, taqsam il-poeżiji u/jew ir-ritratti tiegħek, u titlob għall-fehmiet tal-qarrejjja dwar suġġetti li jolqtuk bil-lingwa li tkun qed titgħallem
- taqra l-ġurnali ta’ nies oħra u tikkummenta dwarhom
- toħloq ġurnal ma’ studenti oħra tal-lingwa jew kelliema nattivi, ngħidu aħna li fih tiktbu flimkien storja jew artiklu dwar xi ħaġa li tinteressa lil kulħadd
- taqra aħbarijiet u fehmiet li jagħtu bloggers oħra minn madwar id-dinja u tikteb dwar aħbarijiet minn pajjiżek bil-lingwa li qed tistudja.
Xi servizzi jgħinuk sabiex issib bloggers oħra ħalli taqsam magħhom blog jew sabiex tiddiskutu temi li jinteressawkom.
Bask, il-, Bulgaru, il-, Ċek, iċ-, Ċiniż, iċ-, Daniż, id-, Estonjan, l-, Finlandiż, il-, Franċiż, il-, Ġappuniż, il-, Ġermaniż, il-, Gallegan, il-, Grieg, il-, Għarbi, l-, Ħindi, il-, Ingliż, l-, Irlandiż, l-, Islandiż, l-, Ispanjol, l-, Isvediż, l-, Katalan, il-, Latvjan, Lettixx, il-, Litwan, il-, Malti, il-, Olandiż, l-, Pollakk, il-, Portugiż, il-, Rumen, ir-, Russu, ir-, Slovakk, is-, Sloven, is-, Taljan, it-, Ungeriż, l-
