Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab

Assigurazzjoni tal-kwalita`

Ir-riżorsi tal-Lingu@net World Wide ntgħażlu mill-imsieħba fil-proġett jew ġew irrakkomandati minn min jagħmel użu minn dan is-sajt. Biex tqiegħdu fis-sajt tal-L Lingu@net World Wide, l-imsieħba fil-proġett ħadu ħsieb li r-riżorsi jissodisfaw dawn il-kriterji:

  1. li l-kontenut mil-lat lingwistiku u fattwali hu ta' min joqgħod fuqu.
  2. li s-sajt hi aċċessibbli għal kull min jixtieq jużaha, fi kliem ieħor faċli biex tintuża, toffri għajnuna lil min jużaha ( per eż. direttament permezz ta' l-internet), u ddisinjata sew.
  3. li s-sajt hija aġġornata u li (jekk ikun meħtieġ) fil-ġejjieni se tibqa' tiġi mġedda u aġġornata regolarment.
  4. li r-riżors ħieles minn kull għamla ta' materjal offensiv u ma fihx links għal materjal offensiv.
  5. li r-riżors huwa xogħol entita` rikonoxxuta, fi kliem ieħor sors aċċettat ngħidu aħna:
    • organizzazzjonijiet jew ċentri internazzjonali, nazzjonali jew reġjonali li jaħdmu b'risq it-tagħlim tal-lingwi barranin moderni.
    • pubblikaturi u xandara;
    • ixirka fuq l-internet professjonali u assoċjazzjonijiet;
    • Individwi u istituzzjonijiet oħra mdaħħlin fit-tagħlim tal-lingwi barranin li r-riżorsi ta’ fuq l-internet tagħhom jilħqu l-kriterji ta’ kwalita’ msemmijin iżjed il fuq.

Ir-riżorsi tal-Lingu@net World Wide nġabru u ġew ikklassifikati skond sett ta' standards multilingwi mfassla u maħduma mit-tim tal-proġett. L-istandards tfasslu skond ma jitolbu l-istandards internazzjonali għal metadata kif stabbiliti mid-Dublin Core Metadata Initiative (DCMI).

Is-servizzi tal-Lingu@net World Wide huma b'xejn. Nistednukom biex tinqdew bis-sajt billi tindikaw riżorsi oħrajn li jistgħu jkunu inklużi u nieħdu gost jekk tagħtuna l-fehmiet tagħkom.

[ 'il fuq ]
Segwina fuq:
facebook Facebooktwitter Twitter