- Fittex li ssib ħin biex titħarreġ fil-lingwa li tixtieq titgħallem billi teħodha drawwa:
- tħalli r-radju jew it-TV mixgħul waqt li tkun qed tagħmel xi xogħol u ttenni xi jkun qed jgħid il-preżentatur. B’dan il-mod tkun qed tgħin lilek innifsek titkellem aħjar billi titħarreġ fl-intonazzjoni u r-ritmu;
- tisma’ rakkonti orali ta’ kotba jew stejjer fuq l-internet, kasett jew CD;
- taqra xi magażins u gazzetti għal ftit tal-ħin kuljum u tqiegħed il-paġna ewlenija ta’ xi rivista bil-lingwa li tkun qed titgħallem fuq l-internet, bħala l-paġna li tidher l-ewwel kull darba li tinqeda bil-brawżer tiegħek.
- taqra novelli jew siltiet minn rumanz qabel tmur torqod kuljum. Tinsiex li m’hemmx għalfejn tifhem kull ħjiel biex tifhem xi jkun għaddej fl-istorja u tieħu pjaċir taqraha.
- tinqeda bil-lingwa li tkun qed titgħallem biex tipprattika xi delizzju, ngħidu aħna biex issajjar riċetta barranija, tfittex minn fuq l-Internet, taqra struzzjonijiet dwar kif tgħaqqad mudell, tilgħab xi logħba tal-kompjuter, u tisma’ l-kanzunetti tinqeda bil-lingwa li tkun qed titgħallem . Hekk ngħidu aħna, il-kanzunetti jgħallmuk kif tippronunzja l-kliem, kif tvarja r-ritmu u kif tinqeda bil-kliem skond il-kuntest. Il-lirika ta’ kanzunetta tista’ sservi biex tipprattika taħriġ fis-smigħ u l-qari, kif ukoll biex issir taf strutturi mhux daqstant magħrufa tal-lingwa u titgħallem xi kliem ġdid.
- tikteb in-noti bil-lingwa li tkun qed titgħallem: ngħidu aħna meta tikteb xi riċetta li tkun smajt, tagħmel lista ta' affarijiet li tkun se tixtri jew lista ta’ xogħlijiet li tkun trid tagħmel, tikteb noti fi djarju, eċċ.
- tiftiehem ma' nies li bħalek ikunu qed jitgħallmu, biex titkellem bil-lingwa li tkun qed titgħallem f'sitwazzjonijiet formali u informali ngħidu aħna fi ħwienet, banek, restoranti, waqt xi ikla, waqt xi logħba u l-bqija.
[ 'il fuq ]
