Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab

Inbati biex nitgħallem il-kliem

  • Il-kliem ġdid li titgħallem inqeda bih kemm tiflaħ. Iktbu u aqrah tgħajjat. Użah meta tikteb il-messaġġi.
  • Oħloq dizzjunarju bl-istampi. Ma' kull stampa jew kelma ewlenija ta' suġġett partikolari, ikteb il-kliem kollu li għandu x'jaqsam magħha li jiġik f'moħħok. Ipprova sib dammiet ta' kliem relatat fit-tifsir, fil-ħoss, jew f'xi aspett grammatikali, ngħidu aħna jkunu lkoll verbi jew nomi; jew ikollhom l-istess prefiss u l-bqija. Fejn teħel uża dizzjunarju .
  • Tippruvax iżżomm f'moħħok kliem biss: aħseb fi kliem oppost, sinonimi u sentenzi li fihom tkun tista' tuża l-kelma li tkun tixtieq titgħallem. Huwa eħfef li tiftakar il-kliem f'kuntest, ngħidu aħna f’ artiklu ta' gazzetta.
  • Waħħal biċċiet ta' karti bi kliem bil-lingwa li tkun qed titgħallem ma' oġġetti li ssib id-dar. Waħħalhom kull fejn tkun tista' tarahom ta' sikwit ħalli żgur tittimbrahom f'moħħok.
  • Fuq xi kards ikteb il-kliem fuq naħa u t-traduzzjoni tiegħu fuq in-naħa l-oħra. Il-kards ġorrhom miegħek. Waqt li tkun qed tistrieħ mix-xogħol, aqbad xi kliem, studjah, daħħlu f'sentenzi u ikteb xi siltiet qosra. Hekk kif jgħaddi ftit tal-ħin biex tittestja lilek innifsek, ara x'tiftakar mill-kliem li tkun studjajt: kemm-il kelma jirnexxilek tiftakar?
  • Meta taqra xi ktieb bil- lingwa li tkun qed titgħallem, niżżel il-kliem ġdid li tiltaqa' miegħu f'xi pitazz. Tmurx tiġri tfittex il-kliem fid-dizzjunarju: imma minflok l-ewwel, aqra s-sentenza kollha, il-paragrafu jew il-kapitlu u ipprova aqta' t-tifsira mill-kuntest.
  • L-għarfien ta' storjet il-lingwa u kif lingwi ta' l-istess familja jiġu minn xulxin jista' jgħin biex wieħed jitgħallem xi kliem, ngħidu aħna ara kemm jaqbel dan il-kliem: blå (bl-Isvediż), blau (bil-Ġermaniż) u blue (bl-Ingliż).
  • Ara ssibx metodi kif tibqa' tiftakar dak li tkun tgħallimt. Il-kelma tixbah lil xi kelma oħra li diġà taf, jew għandha l-ħoss tagħha marbut mat-tifsira? It-tixbih ta' kliem m'ieħor, ikun kemm ikun tad-daħk, jgħinna niftakru l-kliem.
  • Kanta! Bil-kant tista' timmemorizza l-kliem u l-frażijiet li tkun tixtieq titgħallem!

[ 'il fuq ]
Segwina fuq:
facebook Facebooktwitter Twitter