- Tiddejjaq xejn tiżbalja – mill-iżbalji nitgħallmu! Żomm ruħek kalm – l-istess ħaġa tista' tingħad f'modi differenti. Kun qalbieni, esprimi ruħek!
- Ir-radju, it-TV u l-vidjows joffru firxa mżewqa ta' aċċenti u djaletti li lkoll jagħmlu parti mil-lingwa mitħaddta. Issib xi suġġett li jogħġbok żgur. Biex ittejjeb il-ħiliet tiegħek fit-taħdit, ngħidu aħna fl-intonazzjoni u r-ritmu, tista' ttenni xi jkunu qed jgħidu l-kelliema.
- Iġbor lista ta' kliem għalik, li tkun għadek kif bdejt titgħallem il-lingwa. Tgħallem xi frażijiet utli u popolari (fi kliem ieħor, kif issellem, kif tpoġġi l-mistoqsijiet u espressjonijiet simili bħal dawn: Skużani, imma ma tantx naf nitkellem bl-Ingliż/ bl-Ispanjol; Tista' titkellem bil-mod, jew tirrepeti x'għedt jekk jogħġbok?) Ħafna nies jieħdu gost jaraw lil xi ħadd barrani jinteressa ruħu fil-lingwa tagħhom.
- Tgħallem xi espressjonijiet utli li bihom tkun tista' żżomm lil xi ħadd bil-kliem, u uri lil min ikun qed jitkellem, li qed tisimgħu, billi ngħidu aħna tlissen m'hawnx għalik!; X'ħasra?; tassew interessanti!; Iva/Le; issa qed nifhem; tassew?. Meta żżomm diskursata għaddejja, tibqa' tisma' l-lingwa mitkellma u b'hekk titgħallem aktar. Xi espressjonijiet titgħallimhom billi tisma' r-radju, tara t-TV u l-vidjows.
- Tista' toqgħod titħarreġ kif titkellem f'sitwazzjonijiet partikolari, ngħidu aħna tilgħabha li teħtieġ tmur għand it-tabib jew il-bank waqt li tkun imsiefer. Dan it-taħriġ hu magħruf bħala logħob ta' rwoli . Ipprattika l-lingwa billi ċċempel lil xi ħabib. Ħafna materjal edukattiv jinqeda bi djalogi ta' dix-xorta.
- Osserva sew (it-taħdit, il-ġesti, il-vuċi ...) kif jitħaddtu bejniethom il-kelliema nattivi, kemm meta jiltaqgħu wiċċ imb'wiċċ kif ukoll fuq it-TV jew fil-films. Imita u applika dak li tkun rajt meta tiġi biex titkellem. Isma' sew kif nies ta' etajiet differenti jitkellmu:
- tara xi differenzi bejn l-irġiel u n-nisa jew bejn nies f'pożizzjonijiet differenti?;
- innota kif n-nies jesprimu ħsushom (meta jkunu rrabjati, mitlufin fl-imħabba, ferħana u l-bqija)
- It-taqbiliet tat-tfal tajbin biex wieħed jieħu gost jitgħallem ilissen il-kliem sew. .
[ 'il fuq ]
