Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab

Nixba’ malajr għax it-tagħlim insibu tqil

  • Trid il-ħin biex titgħallem lingwa ġdida għax mhix ħaġa ħafifa. Fassal minn qabel u organizza kif se titgħallem, ngħidu aħna alloka ħin biex titigħallem b’waqfiet regolari ta’ serħan u ħu ħsieb li l-miri li lejhom timmira tkun tista’ tilħaqhom. X’inhuma t-tiri tiegħek? Jekk ma tiflaħx u tiddejjaq taqra silta twila jew ktieb, taqtax qalbek. Mur minflok għal siltiet iqsar u li jkunu jogħġbuk. Tista’:
    • tuża l-paġna ewlenija fuq l-internet ta’xi istituzzjonijiet bħala għodda biex titgħallem il-lingwa, l-aktar biex ittejjeb il-ħiliet tiegħek fil-qari u l-vokabolarju. Qabel tmur tiġri tfittex kelma f’xi dizzjunarju, ipprova aqta’ xi jfissru t-titli u l-buttuni billi tinqeda bl-għarfien li diġa` għandek tal-paġni ta’ l-internet. Aqra l-paġni bil-lingwa li tkun qed titgħallem u inqeda b’verżjonijiet oħra b’lingwi oħra li taf, biex jgħinuk tifhem.
  • Aqra magażins li jkun hemm fuq l-internet u qiegħed il-paġni ewlenin tagħhom bħala l-ewwel paġna tal-brawżer tiegħek. L-istampi jistgħu jgħinuk tifhem is-siltiet xi jfissru. Tista’ wkoll:
    • Tinkiteb f’żoni fejn isir it-taħdit dirett, jekk ikun hemm. Jekk taqra xi jkun qed jintqal titgħallem il-lingwa informali. Tista’ wkoll tipprattika l-kitba f’dawn iż-żoni – toqgħodx tibża’ li se tiżbalja.
    • Agħti l-fehma tiegħek fl-istħarriġ li jsir permezz ta’ l-internet. Kull meta tieħu sehem fi stħarriġ bħal dan tkun qisek qed tagħmel taħriġ il-fehem, bid-differenza li żgur mhux se tagħti tweġibiet ħżiena!
  • Jekk tiddejjaq, ftakar fl-għanijiet: Għaliex qed titigħallem lingwa ġdida? Qed issib materjal u attivitajiet biex titgħallem li jogħġbuk jew teħtieġ tkun tafhom? Fittex li tkun taf dwar il-pajjiż u l-kultura tiegħu. Faċli ssib suġġetti li jinteressawk fuq it- TV u r-radju.
  • Sib l-aħjar mod li bih titgħallem . Ngħidu aħna, hawn min jitgħallem l-aktar billi joqgħod jisma’ l-lingwa mitkellma, fil-waqt li hawn min ikun jeħtieġ jara l-lingwa miktuba biex jitgħallimha. Inqeda b’bosta materjal biex titgħallem, tipi differenti ta’ eżerċizzji, skedi, postijiet, eċċ. Ftakar li t-tagħlim irid jagħtik gost! Għaliex ma titħajjarx titgħallem bil-logħob?
  • Jekk tista’, laqqa’ grupp ta’ nies bl-istess interessi and studjaw flimkien. Għidu lil xulxin il-frażijiet u l-kliem ġdid li tkunu tgħallimtu u inqdew kemm tifilħu bil- ħiliet li tiksbu. Tistgħu tippruvaw titgħallmu bi sħab jew tiċċettjaw fuq l-internet bil-lingwa li tkunu qed titgħallmu . Dawn huma xi temi li tistgħu tiddiskutu skond il-livell ta’ tagħlim tal-lingwa li fih tkunu.
  • Dejjem żomm il-moral għoli u toqgħodx taħseb biss f’dak li għadek ma tafx. Agħmel tabella li fiha tniżżel xi progress tkun qed tagħmel u kun kburi b’dawk l-affarijiet li diġa` tgħallimt. Bħala ideat dwar kif iżżomm rendikont tal-progress li tkun qed tagħmel, ara X’inhu l-livell tiegħek?
Segwina fuq:
facebook Facebooktwitter Twitter