- M’hemmx għalfejn titgħallem għal rasek, anzi jaqbillek ikollok sieħeb/sieħba ma’ min taqsam xi tkun qed titgħallem. Hemm ħafna modi kif tista’ tissieħeb ma’ student/i oħra tal-lingwa bħalek.
- Fittex kif tista’ titgħallem il-lingwa li tixtieq tkun taf permezz ta’ l-internet ngħidu aħna billi tinqeda bil- posta elettronika, billi żżur websajts dwar il-lingwa jew web magażins u billi tiċċettja fuq l-internet. Dawn huma xi suġġetti li dwarhom tista’ tiddiskuti f’livelli differenti tat-tagħlim tal-lingwa.
- Inkiteb biex issegwi kors fil-lingwa fuq l-internet, kors li jagħtik iċ-ċans tistudja bil-galbu u li permezz tiegħu tkun tista’ tikkomunika ma’ nies oħra li jkunu qed jieħdu l-istess kors.
- Ipprova t-tagħlim bi sħab u issieħeb ma’ xi student mill-pajjiż fejn hi mitkellma l-lingwa li tkun qed titgħallem.
- Dinjiet virtwali jipprovdu ‘platforms’ differenti li jimmotivawk tilgħab u titgħallem ma’ studenti oħra tal-lingwi.
[ 'il fuq ]
