Dawn huma xi temi li dwarhom tista’ tiddiskuti ma’ studenti oħra f’livelli differenti tat-tagħlim tal-lingwa:
Jekk int għadek kif bdejt titgħallem , xi suġġetti ħfief li dwarhom tista’ titkellem ma’ ħaddieħor huma:
- min int
- minn fejn int
- il-familja tiegħek
- kif inhu t-temp f’pajjiżek
- X’tagħmel ta’ kuljum
- l-ikel/il-mużika/l-awturi/it-timijiet favoriti tiegħek…
Jekk qiegħed fil-livell nofsani tat-tagħlim tal-lingwa tista’ titkellem dwar suġġetti bħal:
- films riċenti, reċti u kotba - tista’ wkoll toħloq klabb tal-kotba fuq l-internet, klabb fejn l-imsieħba jagħżlu ktieb, jaqrawh u kulħadd jagħti l-fehmiet tiegħu dwaru.
- l-isport: il-logħob li tara, ir-riżultati, l-aktar plejers li jogħġbuk u għaliex
- is-safar u l-vaganzi
- il-pjanijiet li jkollok u x-xewqat
Tinsiex issaqsi l-mistoqsijiet, mhux biss tedha titkellem fuqek innifsek!
U jekk għandek ħakma tajba tal-lingwa imma għadek titgħallimha, tista’ tiddiskuti dwar:
- l-aħbarijiet ewlenin bħalissa fuq il-mezzi tax-xandir ta’ pajjiżek
- Il-lingwa li qed titgħallem: x’inhu jħawdek, minn xiex m’intix ċert; tistgħu wkoll tikkoreġu x-xogħol ta’ xulxin
- aspetti kulturali ngħidu aħna d-drawwiet, il-festi, il-livell ta’ l-għajxien, il-ħajja professjonali
- il-politika, il-liġijiet, is-sistema elettorali
Din hi opportunita` tad-deheb biex titħarreġ fil-ħiliet tal-kitba, tirċievi risposti m’għand ħaddieħor u biex issir taf dak li dejjem xtaqt, jew ħlomt li tkun taf dwar il-pajjiż fejn tiġi mitħaddta il-lingwa li tkun qed titgħallem!
