Lingu@net World Wide huwa ċentru multilingwu ta’ riżorsi għat-tagħlim ta’ lingwi barranin fuq l-internet.
Fis-sajt ssib tagħrif dwar u links għal riżorsi tajbin fuq l-internet minn madwar id-dinja, dwar it-tagħlim ta' kull lingwa barranija moderna.
Il-Lingu@net World Wide hu msejjes fuq il-fehma li int li tkun qed titgħallem jew tgħallem lingwa, jinteressawk mhux biss riżorsi li ssib bl-ilsien ta' art twelidek iżda wkoll riżorsi relevanti f'kull lingwa li int midħla tagħha.
Mil-Lingu@net World Wide wieħed jista' jidħol f' 'il fuq minn 3,500 riżors miġbur fuq l-internet. Ħafna minn dawn ir-riżorsi huma maħsuba apposta għal nies li jkunu qed jitgħallmu xi lingwa. Is-sajt toffri għajnuna lil studenti adulti dwar kif jitgħallmu lingwa, kif jistħarrġu f'liema livell qegħdin u kif jikkomunikaw ma' studenti oħra direttament permezz ta' l-internet. Ir-riżorsi nħadmu minn esperti tat-tagħlim tal-lingwi minn madwar l-Ewropa kollha.
Int issa tista’ taċċessa s-sit: bl-Għarbi, bil-Bask, bil-Bulgaru, bil-Katalan, biċ-Ċiniz, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Ollandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Fillandiż, bil-Franċiż, bil-Galliku, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Ħindi, bl-Ungeriż, bl-Iżlandiku, bl-Irlandiż, bit-Taljan, bil-Ġappuniż, bil-Latvjan, bil-Litwanjan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bir-Russu, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż.
Lingu@net World Wide qed jiġi żviluppat minn 34 organizazzjoni minn 25 pajjiż Ewropew.
Fil-passat, is-sit kien jissejjaħ Lingu@net Europa u l-udjenza prinċipali tiegħu kienu l-professjonisti fit-tagħlim tal-lingwi. Il-proġett qed jingħata għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni Ewropea, il-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja (KA2 Languages action, 2009 - 2011) sabiex jgħinuh:
- jinfirex għal iktar lingwi (inklużi l-lingwi tad-dinja),
- ikattar l-għadd ta' riżorsi, u
- jgħin lil studenti tal-lingwi li jkunu adulti.
Is-servizzi tal-Lingu@net World Wide huma b'xejn. Nistednukom biex tinqdew bis-sajt billi tindikaw riżorsi oħrajn li jistgħu jkunu inklużi u nieħdu gost jekk tagħtuna l-fehmiet tagħkom.

